{"version":"1.0","type":"rich","provider_name":"Acast","provider_url":"https://acast.com","height":250,"width":700,"html":"<iframe src=\"https://embed.acast.com/$/63ef6b4c3642ca00119bcf72/6acfaee35f788808a7584c93?\" frameBorder=\"0\" width=\"700\" height=\"250\">","title":"Sal-Għasfur Isib Fejn Jgħammar - Nathan Anthony Pace","description":"
« Imxejna tul il-ġnien infittxu post iżolat. Qalli li nofsu Taljan u iktar ħawwadni, donni kont se nġarrab it-temmija ta’ nofs intimità ma’ Sqalli li r-rabta etimoloġika bejn amuri u amicizzia kien studjaha sew u għamilha l-missjoni ta’ ħajtu li jirxuxtaha, dak li meta tlaqt mid-dar għamel lejl jgħannaqni f’soddtu ta’ ħbieb li konna. Imxejna ftit iktar u nżilt eqreb tas-sur. Iltqajt ma’ post li donnu kien imħejji għalina, santwarju ta’ siġar bil-friegħi mgħaqqdin f’xulxin, żewġ ġebliet f’għamla ta’ taraġ fejn noqogħdu bilqiegħda, il-kamra ta’ ġewwa fejn tinżamm l-arka li mhux kulħadd ipprivileġġjat li jidħol ħdejha, artal li fuqu jinqatel l-ismen ħaruf għall-glorja tal-erotiċità. Mort niċċekkja kinux ġejjin nies u waqafna quddiem xulxin. Qrobna pass u tbewwisna. Minn issa l-verġinità tal-pjaċir, dik il-verġinità li kont għadni ma ħlistx minnha għad li kont tlift lil oħtha iktar inkejjuża, kienet se tintrefa’ fil-passat. »
Noti: Hélène Cixous titkellem dwar il-falloċentriżmu f’diversi mill-kitbiet tagħha, partikolarment f’<a href=\"https://search.worldcat.org/fr/title/895066443\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">La jeune née, pubblikazzjoni Union Générale d’Editions 1975, <a href=\"https://archive.org/details/lajeunenee0000hlne\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">disponibbli għas-self mill-Internet Archive. Jien qrajt <a href=\"https://www.jstor.org/stable/465022\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">“La Jeune Née: An Excerpt”, maqlub għall-Ingliż minn Meg Bortin, f’Diacritics, vol. 7, nru 2, 1977. Dwar il-hom(m)osexualité qrajt <a href=\"https://search.worldcat.org/title/300879857\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">Ce sexe qui n’en est pas un (Les Éditions de Minuit 1977) ta’ Luce Irigaray fit-traduzzjoni ta’ Catherine Porter u Carolyn Burke, <a href=\"https://search.worldcat.org/title/1328185823\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">This Sex Which Is Not One, pubblikazzjoni Cornell UP 1985. Ta’ Mario Mieli qrajt <a href=\"https://search.worldcat.org/fr/title/890533486\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">Elementi di critica omosessuale (G. Einaudi 1977) fit-traduzzjoni ta’ David Fernbach u Evan Calder Williams, <a href=\"https://search.worldcat.org/title/1079412732\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">Towards a Gay Communism: Elements of Homosexual Critique, pubblikazzjoni Pluto Press 2018. Il-frażi “Arani għarwien” ħadtha minn “Profetika” u “Natura Morta” ta’ Doreen Micallef f’Doreen Micallef: Il-Poeżiji, editjat minn Victor Fenech, pubblikazzjoni L-Akkademja tal-Malti u Klabb Kotba Maltin, 2015. Għas-sentenza “Nibda naħseb li tarani sabiħ imma / mhux għalkollox” tnebbaħt minn “Il-Kantiku tad-Dipressi” t’Immanuel Mifsud f’Bateau Noir, traduzzjoni għall-Franċiż ta’ Nadia Mifsud, Edizzjonijiet Emmadelezio 2011. Il-frażi “bil-balzmu u l-misk” ħadtha minn “Larinġ biż-Żahar” ta’ Mary Meylak f’Villa Meylak (Ġonna ta’ Kulħadd), pubblikazzjoni ta’ Salesian Press 1947. Għax-xbieha tal-gawwi tnebbaħt minn Marjanu Vella f’poeżiji mifruxin f’bosta kotba maħruġa matul il-karriera letterarja tiegħu.
Dan ix-xogħol beda jinkiteb waqt il-workshops tal-kitba tal-esej personali, <a href=\"https://essaysbeyondborders.eu/events/l-esej-u-l-post-li-ngarrbu/\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">“Ġisem, Ġrajja, Post”, f’Novembru 2025, immexxija minn Adrian Grima bħala parti mill-proġett Essays Beyond Borders.
<a href=\"https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-sal-għasfur-isib-fejn-jgħammar/\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-sal-għasfur-isib-fejn-jgħammar/
","author_name":"Aphroconfuso"}