{"version":"1.0","type":"rich","provider_name":"Acast","provider_url":"https://acast.com","height":250,"width":700,"html":"<iframe src=\"https://embed.acast.com/$/63ef6b4c3642ca00119bcf72/69d13664ac25e4bf660b9679?\" frameBorder=\"0\" width=\"700\" height=\"250\">","title":"Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella","thumbnail_width":200,"thumbnail_height":200,"thumbnail_url":"https://open-images.acast.com/shows/63ef6b4c3642ca00119bcf72/1775318419195-6a788341-a142-4f93-9933-232a06b3a455.jpeg?height=200","description":"
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026.
It-tnedija se ssir fis-7pm fil-<a href=\"https://www.google.com/maps/place/Friends+of+the+Earth+Malta/@35.8881359,14.5005732,17z/data=!3m1!4b1!4m6!3m5!1s0x130e5b6ff683de15:0x6ceabe8b6b86eb65!8m2!3d35.8881316!4d14.5031481!16s%2Fg%2F11gjw2xnhq?entry=ttu&g_ep=EgoyMDI2MDMxMC4wIKXMDSoASAFQAw%3D%3D\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">kwartieri tal-Friends of the Earth Malta, Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. <a href=\"https://aphroconfuso.mt/kotba-loranne-vella-travi-ta%C4%8B-%C4%8Bedru-saqaf-ta%C4%8B-%C4%8Bipress/\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">Ordna l-ktieb minn fuq il-website u ejja iġbru waqt it-tnedija.
F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura s-snin ta’ ħajjitha, u s-snin kollha tal-ġnien li darha nbniet fuqu, sakemm dan ma jkunx biżżejjed u pass wara pass, riġlejha joħduha fuq pellegrinaġġ tul ix-xmajjar u qalb is-siġar u l-ħxejjex. Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress jirrakkonta t-tfittxija għall-maqdes u għall-masġar li ġie qablu, il-mixi fit-tul taħt id-dawl tax-xemx u tal-qamar hi u tfittex pajjiż il-Kukkanja ’l bogħod mill-bliet.
Irrid ngħallimni t-triq għall-ħelsien. Nerħi minn fuq spallejja għal mal-art sorra ħwejjeġ ma jiġunix u nimxi ’l hemm. Li nsib f’idi filgħodu rrid narah jaħrabli ftit ftit minn bejn is-swaba’ sa filgħaxija mingħajr tberrin li forsi l-għada se jirnexxili naħfen inqas jew xejn. Mix-xejn irrid insawwar festa. Inbattal u nwessa’, niftaħ għall-arja u nnaqqas mit-toqol. Il-ħafif aħjar mit-tqil, il-wisa’ aħjar mid-djuq, ħaġa nieqsa tferraħni iktar minn ħaġa żejda għax it-tbissim ma jimxix id f’id mat-tiġmigħ u l-ħżin. Ma rrid xejn ħlief il-ħelsien minn kollox. Ħielsa m’iniex, ilsira bla ma naf mit-twelid. Iderruni nibla’ s-semm tas-servitù sa ma nieqaf intiegħem l-imrar, minn jeddi nitlob għal iktar, nistħajjilni xxurtjata li għandi x’nixrob biex naqta’ l-għatx. Irrid ngħallimni nobżoq dil-morra, ngħallimni nfittex il-ħlewwa minflok. Irrid inqum u nitlaq. Inqum fuq saqajja u nimxi. Pass pass.
Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress huwa r-raba’ rumanz ta’ Loranne. Għal tnejn mir-rumanzi preċedenti tagħha, Rokit u Marta Marta, rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb .
It-tnedija se ssir fis-7pm fil-<a href=\"https://www.google.com/maps/place/Friends+of+the+Earth+Malta/@35.8881359,14.5005732,17z/data=!3m1!4b1!4m6!3m5!1s0x130e5b6ff683de15:0x6ceabe8b6b86eb65!8m2!3d35.8881316!4d14.5031481!16s%2Fg%2F11gjw2xnhq?entry=ttu&g_ep=EgoyMDI2MDMxMC4wIKXMDSoASAFQAw%3D%3D\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">kwartieri tal-Friends of the Earth Malta, Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. L-eqreb waqfiet tal-linja huma Sarrija u Floriani A, B, C. Ordna l-ktieb u ejja iġbru waqt it-tnedija.
","author_name":"Aphroconfuso"}