{"version":"1.0","type":"rich","provider_name":"Acast","provider_url":"https://acast.com","height":250,"width":700,"html":"<iframe src=\"https://embed.acast.com/$/63ef6b4c3642ca00119bcf72/692f4ecefb6ea8e378bd7638?\" frameBorder=\"0\" width=\"700\" height=\"250\"></iframe>","title":"Noti Editorjali: Kristina Borg","thumbnail_width":200,"thumbnail_height":200,"thumbnail_url":"https://open-images.acast.com/shows/63ef6b4c3642ca00119bcf72/1764707937970-3a35ba40-3d28-4709-82bb-781db203ef0c.jpeg?height=200","description":"<p>« Li beda joħroġ b’mod prominenti fis-sena sabbatika kien il-proċess, li dejjem kont konxja tiegħu u dejjem kont nitkellem ħafna dwaru u għalija dejjem kien importanti. Kultant iktar importanti mir-riżultat finali sa ċertu punt. Jew biex inpoġġiha aħjar, il-proċess minnu nnifsu huwa riżultat finali. Imma naħseb fis-sena sabbatika ġejt konxja tal-proċess u minn hemm bdejt nirrealizza, isma’ l-bijonota kważi kważi qisu hemm template u kulħadd jimla din it-template. U kien hemm istituzzjoni f’din l-aħħar sena, kont qiegħda residenza u talbuni bijonota vera b'mod riġidu. Riedu ħames sentenzi. Fl-ewwel sentenz għid hekk. Uża hekk. Ibdieha hekk. Jiġifieri kienet vera imla l-vojt, biex imbagħad jużaw il-bijonota fuq il-website tagħhom. U jien dak iż-żmien kont għaddejja minn dan il-proċess li nirrevedi l-bijonota tiegħi. Kelli tir li nbiddel il-bijonota u kont għadni qed nifhem xi rrid inbiddel. Allura kont tajthom il-bijonota kif riduha, għax ovvjament dawn riduha fi żmien ma nafx kemm. Ir-residenza kienet f'April, xahar. Jien stess ma kontx għadni fhimt kif irridha. Imma “isma’ ix-xogħol tiegħi huwa hekk, għamilt hekk, mort hemmhekk, kelli esebizzjoni hemm, ħadt dan il-premju” x’qed jgħidu fil-verità? Meta bdejt naħseb li kieku xi ħadd jaqraha din il-bijonota u mbagħad xi ħadd jiltaqa’ miegħi, tant hemm ċertu anonimat fiha, qisu ma tistax tpoġġi wiċċ mal-kitba, u bdejt naħseb ħafna fuq kif nista’ nikkomunika iktar is-sens tal-proċess. Allura aktar milli x’nagħmel, kif nagħmlu. »</p>","author_name":"Aphroconfuso"}