{"version":"1.0","type":"rich","provider_name":"Acast","provider_url":"https://acast.com","height":250,"width":700,"html":"<iframe src=\"https://embed.acast.com/$/63ef6b4c3642ca00119bcf72/68cba5c9429c3c890917b20a?\" frameBorder=\"0\" width=\"700\" height=\"250\">","title":"Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg","description":"
Ftit metri oħra ’l ġewwa u ieħor minn dawn il-kloni jitlobni ċ-ċitt tal-karta u jistaqsi, “Da sola?” Għandek xi problema? jaħseb moħħi. Minflok, nirrispondi, “Sì,” u nipprova nżomm espressjoni newtrali, indifferenti, imma żgur li wiċċi qed jikxifni, dak dejjem jitkellem qabli u iktar minni. Qisu għad fadal l-aħħar ftit metri, u membru ieħor tal-ekwipaġġ jaqra ċ-ċitt tal-karta, ifittex ftit, u jistaqsi, “Da sola?” Il-ħanina dinja, erġajna! Qisha xi litanija tas-seba’ visti. Xi ż-żigg trid? Mhux aħjar tgħidli fejn għandi mmur, forsi norqod. Daqshekk stramba li mara tivvjaġġa waħedha? Anki Lucie Azema tikteb dwar kif fl-istorja tal-ivvjaġġar il-baħrin irġiel ma kinux iħallu n-nisa jitilgħu abbord, tant li ħolqu superstizzjoni li mara abbord iġġib xorti ħażina, l-istess bħall-fniek u l-qassisin.
Il-Kodiċi tal-Ġustizzja Klimatika li nsemmi fl-esej huwa <a href=\"https://casco.art/wp-content/uploads/2023/11/CJC_online-171123-2.pdf\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">Climate Justice Code: For artists, art workers, and arts organisations situated in the Global North, maħruġ mill-Climate Justice Code working group (Casco Art Institute 2023) u disponibbli online. <a href=\"https://search.worldcat.org/title/1253476271\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">The ABC of the Projectariat: Living and working in a precarious art world, ta’ Kuba Szreder huwa pubblikazzjoni Manchester University Press 2021; fuq il-website tagħhom, il-pubblikaturi għandhom <a href=\"https://manchesteruniversitypress.co.uk/9781526161321/\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">sinopsi tajjeb tal-ktieb. <a href=\"https://search.worldcat.org/title/1452549369\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">Les femmes aussi sont du voyage: L’émancipation par le départ ta’ Lucie Azema huwa pubblikazzjoni Flammarion 2021. <a href=\"https://search.worldcat.org/title/1137150460\" rel=\"noopener noreferrer\" target=\"_blank\">La vita bugiarda degli adulti ta’ Elena Ferrante huwa pubblikazzjoni E/O 2019.
","author_name":"Aphroconfuso"}